Il-kaz ta’ Jean Pierre Abdilla

Iddecidejt li nikteb dwar il-kaz ta’ Jean Pierre Abdilla, pulizija ta’ 34 sena, ghaliex inhoss li huwa kaz xi ftit jew wisq indikattiv ta’ kif bniedem jista’ jibqa’ jigi akkuzat ta’ reat meta l-provi kontrih fil-fatt huma dghajjfa u kontradittorji. Jiena ma rrid lil hadd f’sitwazzjoni bhal din. Imma tigri. Dan hu l-punt. Jean Pierre jista’ jkun wiehed biss fost ohrajn li jinsab f’din il-qaghda.

L-istorja

X’inhi l-istorja? Jean Pierre iltaqa’ ma’ zewg persuni li talbuh jghinhom ftit bil-karti taghhom konnessi ma’ imigrazzjoni. Ma kien bi hsiebu jaghmel xejn illegali. Ried biss jghin ftit halli jhaffef process burokratiku. B’dan f’mohhu, avvicina persuna ohra, is-Sur X, li qalet li tista’ tghinnu. Izda, minflok, din il-persuna gabitu f’inkwiet kbir.

Darba minnhom, Jean Pierre iltaqa’ mas-Sur X biex jaghtih in-numru tat-telefon tal-persuni li ried jghin. Izda jidher li, ghal xi raguni jew ohra, is-Sur X kien qal lill-pulizija li Jean Pierre kien se jghaddilu kilo droga. Infatti, wara sostna li, flok karta bit-telefon fuqha, Jean Pierre kien ghaddielu nofs gramma droga bhala ‘sample’.

Din hi xi ftit jew wisq l-istorja fil-qosor. Wara, Jean Pierre ittella’ guri, instab hati u wehel 16-il sena habs u 40,600 ewro multa. Il-kaz bhalissa jinsab fil-fazi tal-appell.

Hwejjeg strambi

L-aktar li jinteressa lili hawnhekk, apparti l-istorja, huma l-provi li l-pulizija jghidu li ghandhom kontra Jean Pierre. Qabel xejn, wiehed irid jghid li, minghajr ma kien jaf Jean Pierre, is-Sur X kien digà involut fid-droga u kien maghruf ghall-pulizija. Minkejja dan, ma rawhiex bi tqila li joqoghdu fuq il-kelma tieghu fl-akkuzi li ghamlu lil Jean Pierre.

Terga’ u tghid, qabel ma sar il-guri ta’ Jean Pierre, is-Sur X kellu piena fuq kaz iehor ta’ traffikar ta’ droga u xi hadd ra kif ghamel biex gablu tnaqqis tal-piena fuq il-bazi li kixef lil Jean Pierre. Apparti l-fatt li hu dubjuz hafna dan jistax isir legalment, possibbli hadd ma jaqaghlu f’rasu li s-Sur X kellu kull motiv biex jigdeb fuq haddiehor?

Fatt iehor stramb li, waqt il-process ta’ Jean Pierre, xehdet ukoll persuna fil-Korp tal-Pulizija. Din ikkollaborat l-istorja ta’ Jean Pierre mija fil-mija. Minkejja dan, wiehed jista’ jistaqsi ghala l-pulizija ghazlet li temmen aktar lis-Sur X milli lil membru iehor stess tal-Korp. Dawn l-affarijiet ihassbuk serjament.

Provi fazulli


Il-pulizija jafu li Jean Pierre qatt f’hajtu kollha ma kellu x’jaqsam ma’ droga u qatt ma sabulu mqar tracca ta’ droga fuqu jew fil-propjetà tieghu. Dan hu l-bniedem li l-pulizija jridu jemmnu li kien jforni kilu shiha ta’ droga!

L-aghar bicca xoghol hija l-fatt li, wara li allegatament Jean Pierre kien ghadda s-‘sample’ tad-droga lis-Sur X, dan ma ltaqax millewwel mal-pulizija li kien miftiehem maghhom, imma biss wara ghadd konsiderevoli ta’ hin. Xi whud mix-xhud tal-pulizija ghallewwel qalu li kien iltaqa’ maghhom millewwel, imma mbaghad, meta sar evidenti li dan ma setax ikun, biddlu l-versjoni. Is-Sur X kellu l-hin kollu tad-dinja biex ibazwar li jrid minghajr sorvelja ta’ hadd!

Mhux biss, imma hu maghruf li l-karozza li biha s-Sur X iltaqa’ ma’ Jean Pierre kienet sewda, mentri l-karozza li biha ltaqa’ mal-pulizija wara kienet hamra! Ukoll, skond ix-xhieda tal-istess pulizija li ltaqghu mas-Sur X, il-karta li fiha kienet imgezwra s-‘sample’ tad-droga li tahom is-Sur X kienet dehbija, mentri hu maghruf sew li l-karta li Jean Pierre kien ghadda lis-Sur X bin-numru tat-telefon kienet bajda.

Frame-up?

Allura dan kollu ma jfisser xejn? M’ghadux jaqaw principju tal-Gustizzja li kull dubju suppost imur favur l-akkuzat? Jew ahna lkoll nitqiesu hatja sakemm nigu ppruvati li ahna innocenti? Inkun qed nikxef sigrieti jekk nghid li l-kaz ta’ Jean Pierre jinten?

Allaharesqatt, dan jista’ jigri wkoll lilek jew lil uliedek!

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?