Dimech ifakkar dmirijietna


Nhar is-Sibt, 17 t’April, kellhom isiru attivitajiet nazzjonali speċjali ħalli jfakkru l-100 sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech fl-1921. Xi sfortuna! Dal-bniedem donnu ftit affarijiet ġewlu żewġ. Din mhijiex waħda minnhom, għax it-tifkira ċentinarja, mistennija għal bosta snin, se jkollha tgħaddi kważi fis-skiet.

Mewt għalina

Min-naħa l-oħra, is-skiet jista’ jkun l-aħjar mod kif mewt Dimech titfakkar. Il-qtil tiegħu --- “qtil” għax ma mietx mewta naturali --- ġie maħdum minn ħafna fatturi u minn bosta nies. L-eżilju tiegħu kien mill-aktar ħarex u qalil, mhux bħan-Nazzjonalisti li kienu ntbagħtu l-Uganda nofs seklu waħda. Barra l-umiljazzjoni, Dimech għex il-maltrattament totali li wasslitu għall-mewt bikrija fl-età ta’ sittin sena.

L-eżilju tiegħu kien politiku. Kien l-Eġittu tturufnat minn pajjiżi għax qabeż għall-ħaddiem, għall-emanċipazzjoni tal-mara, għall-iżvilupp kostituzzjonali ta’ pajjiżna, u għall-maturità ġenerali politika tal-poplu Malti u Għawdxi. Dimech ġie eżiljat u miet għax tkellem. Daqshekk sempliċi.

Il-mewt tiegħu kienet għalina lkoll. Aħna lkoll b’xi mod gawdejna u għadna qed ingawdu minnha. Għax id-drittijiet li għalihom issielet huma d-drittijiet li ksibna aħna lkoll ħafna snin wara. Le, Dimech ma twelidx qabel żmienu. Kien fi żmien tajjeb. Kienu l-oppożituri tiegħu li ma kinux fi żmienhom. Kienu mal-mitt sena tard. Għalhekk ġabu ruħhom ta’ retrogradi.

Mhux sentiment

Min kienu dawn? Kienu dawk li ppersegwitawh mill-Knisja Kattolika lokali. Kienu dawk li akkużawh falzament mill-korp tal-pulizija ta’ Malta. Kienu dawk li uffiċċjalizzaw l-eżilju tiegħu fost l-amministraturi Brittanniċi. Kienu dawk fost sħabu u ħbiebu li abbandunawh għal riħu fl-Eġittu. Kienu dawk kollha mill-poplu Malti li nsewh meta kellu bżonnhom.

Hu faċli li nippuntaw subgħajna lejn xi ħadd partikulari biex fuqu nixħtu l-ħtija tal-mewt ta’ Dimech. Imma dan mhuwiex sewwa. Kulħadd kien responsabbli b’xi mod u f’xi qies tal-mewt tiegħu. Bħalma aħna lkoll ninsabu responsabbli, b’xi mod u f’xi qies, tal-attroċitajiet bħal ta’ Dimech li għadhom isiru fostna llum, bħal, ngħidu aħna, mal-immigranti Afrikani.

Kemm hu faċli nikkundannaw għemil ta’ mitt sena ilu mingħajr ma nagħmlu l-istess bħal ħwejjeġ simili li qed isiru llum taħt imneħirna. Hu mhux biss faċli imma wkoll ipokritu.

Għalhekk, il-mewt ta’ Dimech mhijiex biss tifkira vojta sentimentali. Imma hi tfakkira ta’ dak li nagħmlu aħna llum ma’ ħutna fil-bżonn, ma’ ħutna maħqurin u ma’ ħutna li mhumiex stmati.

Jitkellem u jfakkar

Dimech ma jistax ibati aktar. Miet fiżikament mitt sena ilu, imma ħutna huma ħajjin illum. Dimech m’għadux aktar. Huma għadhom. Dimech jeżisti biss fil-memorja tagħna. Dawn jeżistu fid-dinja li jaqsmu magħna.

L-inġustizzja tal-mewt ta’ Dimech trid tgħajjat u twerżaw kontra l-inġustizzji tal-lum. Żgur li Dimech ma kienx ikun irid lil min joqgħod jiftakar fih filwaqt li jinsa jew jinjora lil min qed ibat llum. Dimech jgħallimna r-responsabbiltà lejn ħutna ħajjin, mhux lejn ħutna mejtin. Jgħallimna nkunu nies illum; mhux nies tal-imgħoddi.

Mill-bogħod ta’ mitt sena ilu Dimech jibqa’ jitkellem u jibqa’ jfakkarna fuq id-dmirijiet soċjali u politiċi tagħna, u fuq kollox fuq id-dmirijiet umani tagħna. Jibqa’ jitkellem bħalma kien aktar minn mitt sena ilu biex nibqgħu niskopru l-isbaħ ta’ ġo fina ħalli noħorġu l-isbaħ li għandu ġo fih ħaddieħor.

Dimech miet. Aħna ngħixu.




Comments

  1. Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.

    Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.

    Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
    Email wightmagicmaster@gmail.com

    Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.

    Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:

    • Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.

    • Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.

    • Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.

    • Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.

    • Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.

    • Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.

    • Ritwali u talb għal ġid immedjat.

    • Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.

    Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.

    ReplyDelete

Post a Comment