L-istess maskri blu
Huwa zmien il-kontijiet. Minghajr ma jrid, wiehed jibda jaghmel is-somom – izid u jnaqqas – halli jara jekk fl-ahhar mill-ahhar fejn jinsab; x’kellu wiehed johrog u x’irnexxielu jdahhal; ghamilx qliegh jew ghamilx telf. Hu zmien il-kontijiet ghax kull elezzjoni generali hija stedina ghal ezaminazzjoni xierqa. Dan hu d-dmir tac-cittadini. Ghax skond il-kont, hekk il-vot. Klijentilizmu Hu x’inhu l-lewn politiku ta’ cittadin, wiehed jiehu gost jara pajjizu jiffunzjona. F’dan l-ispeci ta’ pajjiz, hija hasra li l-politika partiggjana tgharraq kollox. M’hijiex konvinzjoni stupida ghall-ahhar dik li ssostni li l-gzejjer Maltin ma jistghu iffunzjonaw qatt. Ghax il-politika partiggjana ggib il-klijentalizmu; u dan jimpedixxi milli s-sistema ta’ servizz jahdmu sew jew b’mod xieraq. Forsi dan hu wiehed mill-aghar gheltijiet li wiehed jista’ jsib fil-kont li jrid jaghmel f’dawn il-gimghat li gejjin: l-ghelt tal-klijentilizmu; jigifieri l-ghelt ta’ xi nies li, unikament ghax huma blu, baqgh...