L-ahbarijiet li nircievu
Huwa kwazi naturali li, f’dan iz-zmien ta’ kampanja elettorali, nistennew li l-ahbarijiet li nircievu jkunu “mbaghbsa”; dik li bl-Ingliz isejhulhom “doctored news” . Imma din il-haga fil-fatt ma tigrix biss f’dan iz-zmien partikulari u specjali. Tigri s-sena kollha. Is-snin kollha. L-oggettività ma tidhirx li hi wahda mill-eghzez valuri ta’ xi whud mill-kittieba (gurnalistici u mhux) Maltin. Kittieba b’missjoni Il-gazzetti popolari huma aktarx l-aktar mezz letterarju li jigi f’idejna. Ma’ dawn nista’ nzid ukoll, forsi fit-tieni post, il-hafna fuljetti tal-parrocci u ta’ bosta ghaqdiet religjuzi. Fl-ahharnett, ghalkemm bil-wisq aktar lura fl-istatistika, jista’ jkun hemm ukoll dawk il-kotba ippubblikati f’Malta jew Ghawdex – specjalment ta’ natura storika jew politika – li jinxtraw minn ftit mijiet ta’ nies. Il-bicca l-kbira ta’ l-awturi ta’ dan il-materjal stampat kollu hija maghmula minn “nies b’missjoni”. B’dan irrid infisser li huma nies mixtrija (jew mikrija); li l-pinna tagh...