In-nifs tad-djalogu
Il-partigjanizmu u d-djalogu ma jmorrux flimkien. Wahda teskludi lill-ohra. Il-partigjanizmu jista’ ma jkunx biss politiku jew militari, imma wkoll religjuz. Kull partigjanizmu, hu ta’ liema ghamla hu, ixekkel l-elementi essenzjali li jaghmlu d-djalogu possibbli. Socjetà minghajr djalogu hi wahda stagnata u sterili. Partigjanizmu Hemm tliet tipi ewlenin ta’ partigjanizmu: politiku, militari u religjuz. It-tlieta ghandhom karatteristici komuni: l-ewwel, huwa mhaddan minn nies imsehbin f’xi grupp jew iehor; it-tieni, dan il-grupp ihaddan, mhux fehmiet, imma twemmin; u t-tielet, l-attitudni tal-grupp u l-membri tieghu hija esklussivista. L-ewwel karatteristika tiddefinixxi l-identità individwali u komuni tal-membri. Is-shubija taghhom fil-grupp taghtihom kuntest li fih jifhmu lilhom infushom, il-hajja taghhom u d-dinja ta’ madwarhom. It-tieni karatteristika turi li l-grupp u l-membri tieghu ma jhaddnux fehmiet li jistghu jigu diskussi u ddjalogati; imma jhaddnu biss twemmin, jigifie...