Ir-rebbiegha mhux zmien il-qtil
Kont fil-kampanja u smajt it-tiri tal-kaccaturi. Kont Ghawdex u smajt it-tiri tal-kaccaturi wkoll. Qrajt il-gazzetta u qrajt li tal-Birdlife gew attakkati minn xi kaccaturi. U dan fir-rebbiegha. Zmien li mhuwiex tal-qtil. Hemm xi zmien, nistaqsi jien, meta hu tajjeb ghall-qtil? Hemm xi qtil li jista’ jkollu zmienu? Regoli ta’ konvivenza Jien kontra l-kacca bi principju, partikularment meta ssir ghall-gost u l-kappricc u mhux ghall-ghajxien; u specjalment meta ssir fuq proprjetà pubblika. Hemm kacca – bhal dik tal-hut – li ssir ghall-ghajxien. Sakemm din tkun fil-limiti gusti taghha – jigifieri ma ssirx b’mezzi ta’ distruzzjoni indiskriminata jew kontra speci fil-periku ta’ l-estinzjoni – din wiehed ikollu jaccettaha, anki jekk kontra qalbu. Hemm ukoll il-qtil ta’ annimali li jkunu proprjetà privata, jigifieri jkunu jappartjienu lil xi sid li jrabbi l-annimali ghall-konsum ta’ l-ikel. Din ukoll, sakemm izzomm il-limiti gusti taghha – jigifieri ma tohloqx tbatija ghall-annimali fl-...