“Itlaqli ’l barra, hi x’inhi s-sitwazzjoni tieghek!”
F’Gunju li gej, il-parlament Ewropew se jivvota fuq direttivi godda dwar kif jittrattaw ma’ dawk li jigu mgieghla jemigraw u jidhlu l-Ewropa. Id-direttivi huma mahsuba sabiex jaghtu d-dritt li l-emigranti u r-refugjati jitkeccew u jintbaghtu lura minfejn gew wara sitt xhur jew, l-aktar l-aktar, wara 18-il xahar. Aktar minn hekk, jekk jitkeccew, imbaghad ma jkunux jistghu jergghu jidhlu l-Ewropa ghall-hames snin li gejjin. Insensittività Fi kliem iehor, l-Ewropa qed taghlaq qalbha ghar-refugjati, hi x’inhi s-sitwazzjoni taghhom. Jekk jghaddu d-direttivi l-godda, l-Ewropa tkun ghamlet pass jew tnejn lura lejn il-konservattizmu irrazzjonali li diversi mill-mexxejja taghha qeghdin jergghu jhaddnu ghad-detriment taghna lkoll. Id-direttivi donnhom jinjoraw il-fatt li, fil-bicca l-kbira taghhom, dawn l-immigranti llegali ma jhallux pajjizhom ghax iridu. Hija s-sitwazzjoni hazina f’pajjizhom li ggeghilhom isiru refugjati. Dan mhuwiex fenomenu tal-lum, imma ezista minn zmien zemzem. Il-bn...