Zjara fin-Namibja u s-Sud Afrika
Aktar kmieni din s-sena kelli x-xorti wisq kbira li nzur ghal ftit gimghat in-Namibja u s-Sud Afrika. Din ghalija kienet zjara li nista’ nsejhilha ‘esplorattiva’. Qatt ma kont zort dawn il-pajjizi tal-ghageb u qatt ma kont inzilt daqshekk ’l isfel fil-kontinent ta’ ‘Ommna l-Afrika’. Iz-zjara halliet fuqu impressjoni qawwija ta’ seher liema bhalu. Pajjiz enormi Dwar is-Sud Afrika nitkellem darba ohra; illum xtaqt biss li naqsam mieghek dak li garrabt fin-Namibja. Izda qabel xejn, xieraq li naghti ftit taghrif dwar dan il-pajjiz interessanti. In-Namibja tinsab fin-nofsinhar tal-Afrika, mal-Ocean Atlantiku, ftit ’il fuq mis-Sud Afrika. Saret indipendenti minn dan il-pajjiz anqas minn 20 sena ilu, fl-1990, u titmexxa minn president u parlament elett demokratikament. In-Namibja giet ikkolonizzata mill-Germanizi qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija u tilfuha fit-tieni wahda. Wara, sa l-indipendenza, baqghet tiddominha s-Sud Afrika. Il-gwerra tal-indipendenza kienet ilha sejra sa mill-1966. L