Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (3)
IT-TIELET PARTI Bil-modi diversi taghhom, it-teorija tal-evoluzzjoni ta’ Charles Darwin (1809-1882), is-socjalizmu u l-kommunizmu ta’ Karl Marx (1818-1883), il-psikanalizi ta’ Sigmund Freud (1856-1939) u t-teorija tar-relattività ta’ Albert Einstein (1879-1955) biddlu d-dinja billi taw perspettivi godda tal-bniedem, tal-mod kif jghix u jagixxi, u tal-pozizzjonijiet tieghu fl-univers. Dawn il-perspettivi affettwaw hafna oqsma tal-hajja xjentifika, politika, ekonomika u socjali tal-bniedem. Ma setax jonqos li, fl-ahhar mill-ahhar, jaffettwaw ukoll il-Knisja Kattolika u l-istruttura taghha. Jiddghajjef l-assolutizmu Apparti l-hafna aspetti interessanti tat-teoriji u r-riflessjonijiet ta’ dawn il-personaggi, aktarx wiehed mill-aktar kuncetti fundamentali li, kumplessivament, ghenu biex ibiddlu kien dak tal-assolutizmu. Kollha bil-mod taghhom, ir-riflessjonijiet ta’ Darwin, Marx, Freud u Einstein taw x’jifhmu li bosta affarijiet li qabel kienu jitqiesu bhala assolutament certi, ma setg...