Eqreb?
Ghaddiet sena ohra minn fuqna. Dan huwa inevitabbli. Imma ninsabu eqreb lejn it-‘Tieni Repubblika’ taghna? Ninsabu eqreb, kollettivament, lejn qaghda meta l-ewwel Repubblika, bil-valuri provincjali u settarji taghha, tnin ftit iehor u tmut ftit iehor? Niddubita. Ghaddejna sena ohra fl-Unjoni Ewropea minghajr ma sirna mqar ftit aktar Ewropej. Ghaddejna sena ohra fis-seklu 21 minghajr ma mqar ersaqna ftit aktar lejh. Ghaddiet sena ohra minghajr ma ftahna ghajnejna ghar-realtà gdida li, b’mod persistenti, qieghda thabbat mal-bieb tal-gharfien taghna. L-unika tama L-unika tama taghna tinsab mhux f’dak li gej ‘minn fuq’, imma f’dak li gej ‘minn isfel’; mill-ilhna li mhumiex jinstemghu; mill-personalitajiet li qeghdin jigu injorati; minn nies komuni li m’ghandhom ebda setgha politika; minn Maltin u Ghawdxin li qed jimxu triqathom minkejja l-hrafa ‘officjuza’ li jibqghu jghixu l-hekk imsejjha ‘mexxejja’ taghna. Fil-fatt, dal-‘mexxejja’ m’huma qed imexxu lil hadd (ghajr l-ambizzjonijiet ...