Il-gurnalizmu mill-qrati
Wiehed ghandu dejjem japprezza hafna s-servizz gurnalistiku. B’mod partikulari, hawnhekk nixtieq nirreferi ghall-gurnalizmu li jsir mill-Qrati tal-Gustizzja. Prattikament, il-gazzetti kollha llum ghandhom xi pagna jew aktar iddedikati ghal dan it-tip ta’ gurnalizmu. Ghalina, il-qarrejja, dan hu servizz li jzommna f’kuntatt mal-amministrazzjoni tal-Gustizzja u jitma’ s-sens ta’ sigurtà li lkoll nghozzu f’hajjitna. Rwol importanti Shabi u jien, il ilna nahdmu fil-qasam tal-Gustizzja Kriminali ghal dawn l-ahhar hmistax-il sena, ninsabu specjalment sensittivi ghal dan il-qasam gurnalistiku. L-organizzazzjoni taghna – Mid-Dlam ghad-Dawl – twaqqfet mill-prigunieri fil-Habs ta’ Kordin fl-10 ta’ April tal-1995 u ilha minn dak iz-zmien taghti servizz lis-socjetà billi thares fuq id-drittijiet tal-prigunieri, l-eks-prigunieri u l-familji taghhom. Jinteressana daqshekk dan il-qasam ghax jinfluwixxi hafna fuq il-hidmiet u r-responsabbiltajiet taghna. Mhux biss ghax ghandu rabta diretta fuq i...