Nies minsija
Forsi l-Hadd li ghadda ftit ftakru, jew kienu jaf, li l-Gnus Maghquda fakkret Jum ir-Refugjati. F’pajjiz bhal taghna, fejn ilu hafna li ntesa li darba konna ahna wkoll maghkusa b’din it-tragedja, ir-refugjati u l-hemm taghhom huma sfortunatament boghod mill-ghajn u boghod mill-qalb. Imma dan mhuwiex sewwa, ghax xi ftit jew wisq ilkoll kemm ahna ninsabu f’dghajsa wahda. Lista tal-wahx Il-lista li tidher hawnhekk giet moghtija mill-organizzazzjoni ghad-drittijiet umani Fortress Europe fl-14 ta’ Jannar tal-2010 (ara hawn ). Ghaldaqstant, ma taghti ebda numru ghal din is-sena li qeghdin fiha. F’din il-lista, jidhru biss dawk in-numri li huma rikonoxxuti ufficjalment . Ghaldaqstant, mhumiex statistici shah, ghax jeskludu lil dawn l-eluf ta’ nies li ma jigux rikonoxxuti mill-Gnus Maghquda bhala refugjati. Li kieku kienu jinkludu lil dawn in-nies ukoll, aktarx in-numri kollha kienu jkunu millanqas id-doppju jew it-tripplu. Skont il- Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda Ghall-Istat ta’ Refug...