Komplicità (2)
IT-TIENI PARTI Minbarra t-tifsir negattiv taghha, il-kelma ‘komplicità’ jista’ jkollha wkoll tifsir pozittiv ghani hafna. Dan it-tifsir jista’ jghinna sabiex niskopru xejriet tal-esperjenza umana li ghandhom il-hila jghinuna nsahhu relazzjonijiet ta’ shubija u ftehim. L-etimologija tal-kelma Etimologikament, il-kelma ‘komplicità’ gejja mill-kelma Latina ‘complicare’ , li tfisser ‘titwi flimkien’, bhal meta jkollok xi bicctejn drapp jew karta u tqeghidhom ezatt ma’ xulxin. Ghaldaqstant, minnha nnifisha, il-kelma timplika certu xebh u reciprocità ta’ haga ma’ ohra. Fuq il-lat uman, il-kelma bdiet tintuza ghal dak il-ftehim mill-qrib bejn il-persuni. Izda bhalma aktarx jigri dejjem fl-uzu tal-kliem, maz-zmien it-tifsira tal-kelma djieqet u bdiet tintuza, mhux ghal kull shubija u ftehim, imma ghal dik biss li ssir bejn persuni li jissiehbu flimkien biex iwettqu xi haga hazina. B’hekk, ftit ftit it-tifsir originali u generali tal-kelma ntilef u ntesa, u baqa’ biss dak idjeq u negatti...