Diskorsi pubblici
Kull diskors li jsir fil-pubbliku jew li jkun intenzjonat ghall-konsum pubbliku hu dejjem politiku. Hemm zewg ghamliet kif dan jista’ jkun. Wahda, jew billi d-diskors ikun jaghti kas tal-loghob politiku, jew, it-tieni, billi d-diskors jilghab loghba politiku. Ebda diskors pubbliku ma jista’ jahrab xi wahda minn dawn il-pozizzjonijiet. Ghalkemm id-differenza ta’ bejniethom tista’ tidher ckejkna u forsi anki insinifikanti, fir-realtà hi kbira u importanti, hafna akbar mill-ftit indikazzjonijiet li naghti hawnhekk illum. Il-politika F’dan il-kuntest, bil-kelma ‘politika’ nifhem biha dispozizzjoni mentali li thaddan fiha tliet kwalitajiet essenzjali: vizjoni, strategija u tattika. ‘Vizjoni’ ghax il-persuna jkollha f’mohhha tir fejn tkun tixtieq tasal bl-azzjoni taghha. ‘Strategija’ ghax f’mohhha jkollha pjan generali kif tasal ghat-tir taghha. ‘Tattika’ ghax f’mohhha jkollha l-mezzi li tista’ tuza fil-prattika halli twettaq l-istrategija li jkollha. Dawn it-tliet kwalitajiet joholqu...