Miliedmanija
Dawn huma gimghat li jgibu hafna irrazzjonalità. Nghid hekk mhux ghax daz-zminijiet jimlewna fernezija biex nixtru fuq li nixtru. Jew biex naraw il-familja maghquda, anki jekk xi kultant ghall-apparenza. Jew anki biex niddevertu minghajr kont. Qed nghid hekk ghax f’dawn iz-zminijiet spiss jigri li l-attenzjoni taghna tigi distratta aktar mis-soltu; nemmnu affarijiet li sempliciment ma jezistux. Irrazzjonalitajiet L-irrazzjonalità hija t-twemmin f’affarijiet li jezistu biss f’mohhna. Flok noqoghdu fuq il-fatti li jghaddulna l-hames sensi taghna, nivvintw ohrajn minn zniedna u nemmnu li jezistu tabilhaqq. Fi kliem iehor, nghawwgu r-realtà. Nghidu ahna: Hu irrazzjonali li temmen li int suppost tkun mod u mhux iehor. Hu irrazzjonali li temmen li r-realtà ta’ madwarek suppost tkun mod u mhux iehor. Hu irrazzjonali li temmen li r-reazzjoni tieghek ghal certi sitwazzjonijiet suppost tkun bilfors ta’ inkwiet jew ta’ ferh. Hu irrazzjonali li temmen li problema ghandha mod wiehed biss ki...