Karità u gustizzja

Il-hidma ghall-gustizzja socjali hija llum rikonoxxuta bhala wahda mid-dmirijiet l-aktar ewlenin tal-bniedem. Madanakollu, hafna nies (fosthom bosta nsara) ghadhom mhumiex konxji ta’ dan; jew, jekk huma konxji, ghadhom ma xammrux il-kmiem biex jaghtu s-sehem taghhom. Hafna drabi, dak li jzommhom milli jaghmlu dan hija l-ispiritwalità privata li jhaddnu. L-ingustizzja llum F’dawn l-ahhar hamsin sena, bejn wiehed u l-iehor, ir-riflessjoni fuq il-htiega bla qies li l-bniedem izomm il-gustizzja socjali bhala wahda mill-prijoritajiet l-aktar ewlenin tieghu kibret enormement. Maghha kiber ukoll l-gharfien li, specjalment minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn, l-istrutturi ta’ ingustizzja saru hafna aktar sofistikati u insidjuzi minn qabel. Dik li aktarx wassal ghal dan kienet l-ekonomija globalizzata mitmugha mill-filosofija neo-liberali. Din il-filosofija sempliciment tesagera u tisfrutta dak kollu li l-filosofija liberali zzomm b’ghaziz: jigifieri l-inizzjattiva u l-libertà tal-i...