Posts

Showing posts from March, 2011

Jesus Christ Superstar

Image
Time Rice u Lloyd Webber fl-1973 Erbghin sena ilu, fl-1971, it-Teatru Hellinger ta’ Broadway f’New York (l-Amerika) ipprezenta ghall-ewwel darba r-rock opera famuza Jesus Christ Superstar b’muzika mill-isbah ta’ Andrew Lloyd Webber u bil-lirika msahhra ta’ Tim Rice. Ghal xi whud, din il-kompozizzjoni ghadha sal-lum tnebbah l-ohla sentimenti f’kulmin digà jkun jaf jew ghad irid ikun jaf lil Gesù ta’ Nazaret. Storja ta’ opra Ghall-ewwel, meta giet ipprezentata ghall-ewwel darba erbghin sena ilu, l-opera giet ikkritikata hafna. Webber u Rice kienu digà hadmu fuq xi xogholijiet flimkien, izda l-fama dinjija taghhom kienet ghadha trid tigi. L-opera kienet ibbazata fuq double record album li Webber u Rice kienu hargu ftit tax-xhur qabel. Inghad li d-direttur tal-opra ghall-palk, Tom O’Horgan, kien ‘iddrammatizza’ zzejjed ix-xoghol originali. Izda, minkejja dan, kien minn hawnhekk li s- Superstar bdiet it-trijonf taghha. Wara New York, l-opra ssoktat tinhadem ukoll f’Londra, Los A...

Il-voluntarjat

Image
Din is-sena (2011) giet iddikjarata mill-Unjoni Ewropea bhala s-Sena tal-Voluntarjat. Ghaldaqstant, hija sena mahtura ghac-celebrazzjoni tal-hidma li jaghmlu miljuni ta’ voluntieri Ewropej u dinjija, kif ukoll ghal sforzi mgedda sabiex il-voluntarjat jikber u jissahhah bhala kuncett. Celebrazzjoni ta’ generosità Madwar terz tal-popolazzjoni Ewropea kollha hija impenjata f’hidma voluntarja, mhux biss fl-Ewropa stess, izda fid-dinja kollha. Tobba, infermiera, suldati, missjunarji, ghalliema, avukati, sacerdoti, katekisti, ambjentalisti, haddiema manwali, studenti, professjonisti u hafna ohrajn... kollha qed jaghtu servizz voluntarju fejn l-aktar huma mehtiega fid-dinja. Bla dubju ta’ xejn, din il-generosità gejja minghand miljuni ta’ Ewropej (u min jaf kemm aktar minn madwar id-dinja) hija rikkezza bla qies; rikkezza hafna aktar ghal min jaghtiha milli ghal min jirceviha. Il-voluntarjat jopponi l-kultura ta’ egocentrizmu li hafna drabi tkidd u tfaqqar il-mentalità u r-ruh Ewropea. ...

Argumenti effettivi

Image
Spiss tisma’ nies jirragunaw minghajr wisq logika. Jippruvaw juru li xi haga hija tajba fiha nnifisha ghax jghidu li tikkawza aktar effetti tajba milli hziena; jew jippruvaw juru li xi haga hija hazina fiha nnifisha ghax jghidu li tikkawza aktar effetti hziena milli tajba. Xi kultant, fiz-zewg kazijiet l-affarijiet jistghu jkunu differenti. Halli nfissru dan b’zewg stejjer. Zewg stejjer Naghtu kaz li jien, int u mijiet ta’ nies ohrajn konna ghaddejjin minn Strada Rjali s-Sibt filghodu. Wiehed mignun jidher car li se jisplodi lilu nnifsu u joqtolna lkoll. Hafif hafif, minn warajh jigi ragel, jaghtih erba’ daqqiet sikkina u joqtlu fuq il-post. X’nghidu ahna? Nghidu li ghamel sew, allavolja nafu li fih innifsu l-qtil hu hazin. Mela, xi haga li fiha nnifisha hi hazina tista’ evidentement tikkawza effetti tajba. Ha niehdu storja ohra. Naghtu kaz li jien, int u mijiet ta’ nies ohrajn kellna niehdu minn kumpanija kummercjali. Din il-kumpanija hija ta’ tnejn li kienu dahlu fi shab ma’ xu...

AD MEMORIAM STEPHEN SPITERI

Image
Ftit aktar minn xahar ilu, fis-26 ta’ Jannar (2011), l-imsejken prigunier Stephen Spiteri nstab mejjet fic-cella tieghu f’Divizjoni XI tal-habs ta’ Kordin. Kwazi kwazi, digà kulhadd insieh. Qisu qatt ma kien xejn. Forsi anki min staqsa xi mistoqsija u baqa’ bla twegiba―fosthom, xi gurnalist―, digà nesa jistaqsi aktar u ghadda ghal affarijiet ohra aktar urgenti. Kienet tassew tiswa daqshekk ftit il-hajja msejkna ta’ Stephen? Kienet tassew daqshekk insinifikanti l-mewt tieghu? Kien tassew hekk ckejken li jghadd minghajr ma caqlaq lil hadd? Stephen kellu disgha u ghoxrin sena u kien mill-Fgura. Kellu tifel u xewqa kbira li jizzewweg u jifforma l-familja tieghu. Izda, b’xorti hazina, minn kmieni d-droga kienet hadet kontroll ta’ hajtu. Hekk gabet tbatija kbira lilu u lil haddiehor. F’dan l-aspett, kien bhal hafna zghazagh ohrajn li, bhal ghasfur go trabokk, ftit seta’ jilmah helsien, jekk mhux bil-mewt, mill-jasar tieghu. Mument wiehed minsi f’imghoddi mcajpar ikkundannah ghal hajja sh...