Gesù il-“Kristu”

Hija drawwa komuni li nirreferu ghal Gesù ta’ Nazaret bhala “Kristu” jew “Gesù Kristu”. Il-kelma “Kristu” mhijiex kunjom (kif jahsbu xi whud); hija titlu. Biex jigi indikat dan, fil-Bibbji kollha stampati qabel is-seklu 15 il-kelma kienet tinkiteb b’“k” zghira. Izda bil-mod il-mod dan beda jinbidel. Wara s-seklu 17, il-kelma bdiet dejjem tinkiteb b’“k” kbira, kif ghadu jsir sal-lum. Xi tfisser “Kristu”? Il-kelma “kristu” (mill-Grieg “kristos” ) tittraduci l-kelma Ebrajka “maxiah” (jew “messija”), li tfisser “midluk” (il-kelma wzata fil-Koran hija “masih” ). Il-Lhud kienu juzaw il-kelma b’referenza ghas-sacerdoti u s-slatan (anki barranin) sabiex jindikaw li dawn kienu mahtura jew ikkonsagrati ghas-servizz taghhom permezz ta’ dilka b’tahlita ta’ zjut. Maz-zmien, il-Lhud bdew juzaw il-kelma f’referenza aktar specifika ghal sultan mit-tribù ta’ David li, f’xi zmien gejjieni, kellu jghaqqad il-poplu u jibda perjodu ta’ sliem “messjaniku”. L-insara identifikaw dan il- “mexiah” (jew ...