Posts

Showing posts from May, 2011

L-ghagna ta’ civiltà zaghzugha

Image
Dom Mintoff Il-grajja tal-izvilupp modern tac-civilizzazzjoni Maltija mhux dejjem hadet linja dritta. Kien hemm passi ’l quddiem, imma wkoll hafna passi lura. Gieli gew jiem krucjali meta l-mument kien jew ta’ qabza ’l quddiem jew ta’ xehta lura. Il-bierah - id-decizjoni għall-introduzzjoni tad-divorzju - kien jum bhal dawn. Bidu bla tmiem Fil-mument attwali tieghu, l-Istat Malti ghadu ma kisibx dik il-maturità politika u l-emancipazzjoni morali li jixraq lil zmienna. Minkejja s-separazzjoni tal-qawwiet tal-Istat (legislattivi, amministrattivi u gudizzjarji) u anki s-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja, l-Istat Malti ghad ghandu sal-lum diversi elementi procedurali li ma jaghmluhx Stat sekulari jew lajk fil-veru sens tal-kelma. Filwaqt li s-socjetà Maltija hija sekulari, l-Istat Malti mhuwiex. Dak li jista’ jigi mistqarr b’certezza huwa li l-Istat Malti ghandu l-bidu tal-emancipazzjoni politika u morali tieghu, izda certament mhux it-tmiem jew it-twettiq. Jista’ jinghad ukol

Id-drittijiet legittimi ta’ haddiehor

Image
In-nisrani hu fid-dmir li jhares, jiddefendi u jippromwovi mhux biss id-drittijiet legittimi tieghu nnifsu imma wkoll id-drittijiet legittimi ta’ haddiehor, anki meta ma jaqbilx maghhom. Minn hawn tintwera, ghall-anqas f’dan il-qasam, il-kobor tal-imhabba tieghu. In-nisrani ma jista’ qatt jghid li ma jinportahx jew m’ghandux x’jaqsam mal-harsien, id-difiza u l-promozzjoni tad-drittijiet ta’ haddiehor meta dawn ikunu legittimi u rispettuzi. Il-gid komuni Dan jorbot direttament mad-drittijiet tal-minoranzi fil-qafas tal-gid komuni. In-nisrani ma jista’ qatt jaccetta li dak li nsejhu “gid komuni” jkun biss ekwivalenti ghall-gid tal-maggoranza. Il-gid komuni mhuwiex maghmul biss mill-gid tal-maggoranza, imma mill-gid ta’ kulhadd: maggoranza u minoranzi. Li kieku ma kienx hekk, li kieku l-gid komuni kien biss dak tal-maggoranza, allura f’hafna pajjizi fejn l-insara huma minoranza, l-insara stess lanqas biss ikollhom id-dritt tal-libertà tal-kult. Mentri t-taghlim socjali tal-Knisja Ka

Humiliating and shameful

Image
I have come about to write this article after much thought and prayer, and not without spiritual and psychological anguish, even at this very instant that I write. During the last few months leading to the referendum, as an official minister of the Catholic Church I have been involuntarily made part of things which, in conscience, I do not, can not and will not endorse. Various people have considered my forced uncharacteristic silence to be a sign of approval, and told me as such. This cannot be farther from the truth. I do not write this letter out of piety or to be melodramatic. Nor do I write it to state on which side of the wall I stand. I do it due to a deep sense of shame. For during the last few months I have been humiliated over and over again by the injudicious behaviour of the local Catholic Church in general and of some Catholics in particular. Their faults are also mine. By officially declaring that it would not take part in the campaign debates, the Catholic Church p

Mill-harsa taz-zghir

Image
Illum jahbat il-50 anniversarju mill-pubblikazzjoni tal-ittra universali, maghrufa bhala MATER ET MAGISTRA (Omm u Ghalliema), tal-Papa Gwanni XXIII. L-ittra storika u famuza giet mahruga ezattament it-Tnejn, 15 ta’ Mejju tal-1961, u tat toghma gdida lill-hekk imsejjah “taghlim socjali” tal-Knisja Kattolika. Bidla ta’ attitudni Din l-ittra universali (jew “Enciklika”) tal-Papa t-twajjeb giet mahruga f’gheluq is-70 sena minn ohra simili ghaliha (u forsi aktar famuza minnha) mxandra l-Gimgha, 15 ta’ Mejju tal-1891, mill-Papa Ljun XIII (bhal-lum 120 sena ilu), maghrufa bhala RERUM NOVARUM (Hwejjeg Godda). L-ittra tal-Papa Ljun bdiet tradizzjoni ta’ taghlim socjali ekklezjastiku li ghadha sejra sal-lum. Fis-sebghin sena li kienu ghaddew mir- Rerum Novarum sal- Mater et Magistra , il-Papiet Kattolici wiegbu ghall-qawmien tal-moviment tal-haddiema, ghall-kapitalizmu u ghas-socjalizmu b’attitudni li hegget il-kontroll tat-taqtigha bejn il-klassijiet socjali u l-militanza tal-unjins tal

Alla li hadd ma jaf

Image
Xi xhur ilu, hareg ktieb interessanti li aktarx ma nghatax wisq attenzjoni la mill-kummentaturi u l-kritici Maltin u wisq anqas mill-Knisja Kattolika. Huwa gabra ta’ tlettax-il kitba dwar Alla li thejjew ghal seminarju li kien sar l-Università ta’ Malta fl-2009. Il-ktieb jismu ALLA U L-LETTERATURA , gie editjat minn Michael Grech u ppubblikat mill-Fakultà tat-Teologija tal-Università ta’ Malta. Storja ta’ pittura Biex forsi wiehed jifhem ahjar dan x’tip ta’ ktieb hu, aktarx tajjeb li jiehu spunt mill-qoxra ta’ quddiem. Din iggib dettall minn pittura ta’ Caravaggio li generalment tissejjah San Mattew u l-anglu (li tidher shiha hawnhekk). Din kienet l-Italja, fil-knisja msejha San Luigi dei Francesi , il-knisja nazzjonali tal-Francizi f’Ruma, bejn Piazza Navona u l-Panteon. Il-pittura nhadmet minn Caravaggio fl-1603 ghall-altar maggur tal-knisja. Qabilha, kien hemm statwa tal-iskultur Fleming, Jacob Cobaert. Izda, apparti li Cobaert qatt ma rnexxielu jlesti l-istatwa ghal kollox,

Is-sigriet tad-“diztaghlim”

Image
Naghag ta' Bendu? Sabiex nidraw inharsu lejn ir-realtajiet ta’ madwarna b’ghajnejn gusti – jigifieri b’mohh u qalb marbuta ma’ dak li hu sewwa u moralment onest – jehtigilna nidhlu f’process ta “diztaghlim”, jigifieri li nikkancellaw minn go fina dak it-taghlim imsejjes fuq ordni ta’ jasar. X’ghallmuk? Hafna sekli ilu, madwar tliet mitt sena qabel Kristu, il-filosfu Grieg Aristotli kellu l-lehma brillanti li mohhna kien qisu lavanja. Mat-tnissil, din il-lavanja tkun nadifa ghal kollox. Mal-medda taz-zmien, il-lavanja tibda timtela b’hafna impressjonijiet gejjin mill-ambjenti ta’ madwarna: l-ewwel fil-guf, imbaghad mis-socjetà li nitwieldu u nitrabbew fiha. Ghall-ewwel, din il-lavanja taghna hi ghal kollox passiva. Tilqa’ l-impressjonijiet minghajr ma tkun tista’ tiqfilhom. Fi tliet kelmiet: IBELLGHULNA LI JRIDU ! Li kieku twelidna l-Belgju, aktarx konna nkunu ateisti; li kieku l-Iran, Musulmani; li kienu l-Ingilterra, Protestanti; li kieku l-Grecja, Ortodossi; li kieku c-C