Is-sabih ilsien Malti

Il-mibki Frans Sammut (1945-2011) Xi whud ma japprezzawx bizzejjed is-sabih ilsien Malti. Huwa gawhra li tant imdorrijin biha f’idejna jew fuq ilsienna li nsejna nagharfu fiha l-gmiel u s-siwi kbir li ghandha. Ilsienna ma jisthoqqx lil hafna minna, mhux biss ghax ma jharsuhx kif imiss, izda aktar u aktar ghax jaghzlu li jitkellmu hazin b’ilsien barranin milli tajjeb bil-Malti. Ilsien u nazzjonalità Ghal xi whud, l-ilsien Malti hu elm tan-nazzjonalità taghna. Jezistu hafna nazzjonijiet fid-dinja li m’ghandhomx ilsien taghhom. Dan wahdu juri li r-rabta bejn ilsien u nazzjonalità mhijiex wahda mehtiega. Minkejja dan, mhuwiex ta’ min jinsa li lsien nazzjonali jaghti siwi specjali lil poplu ghax iroddlu gieh u dinjità li ma jistax ikollu minghajru. Bosta nazzjonijiet, ghalkemm ghandhom ilsien jew ilsna taghhom, sabu lil xi whud mill-mexxejja taghhom jaghzlu li jithaddtu b’ilsien barrani, hafna drabi ta’ min kien jahkimhom qabel. L-ilsien li juzaw huwa minnu nnifsu elm qawwi tas-sot...