Kuxjenza Socjali: X’siwi jista' jkollha? (III)

Hawn nies li jqisu l-ordinament socjali (anki dak kontemporanju) xi ftit jew wisq bhala “naturali”. Jirragunaw li, la darba ebda socjetà ma tista’ tezisti minghajr awtoritajiet u minghajr istituzzjonijiet, dawn huma naturali ghall-ezistenza u l-kundizzjoni umana, qishom xi haga li holoqhom Alla nnifsu. Fil-fatt, mhumiex. Improvizar progressiv Li wiehed jghid li xi haga hi naturali jfisser li nholqot bi process evoluttiv tan-natura. Izda hawn hafna affarijiet li nsejhulhom “naturali” minghajr ma huma. Dan ghaliex gew mahluqin mill-bniedem jew minn xi annimal iehor bit-thaddim tal-intelligenza taghhom. Dawn insejhulhom “naturali” b’mod wiesgha hafna ghax inholqu bil-hila naturali tal-intellett ta’ xi hlejqa hajja. Izda mhumiex naturali ghax “inholqu” min-natura. Proprjament, “naturali” hu dak biss li evolva bi process li ma hu b’ebda mod manipulat jew prodott mill-intelligenza. Sa minn madwar 50,000 sena ilu, il-bniedem primittiv evolva gharfien tieghu nnifsu, razzjonalità, gudizzj...