Kuxjenza Socjali: X'siwi jista' jkollha (VII)

Paulo Freire Minbarra l-“Mudell Materjali” tal-hidma ghall-gustizzja socjali, jew anki flimkien mieghu, hemm dak li nsejjahlu l-“Mudell Formal”. Huwa mudell ta’ natura hafna drabi akkademika bi sfumaturi aktarx legali. Bhala mudell, jithaddan l-aktar minn professjonisti mharrga f’diversi dixxiplini socjali, bhal, nghidu ahna, il-filosofija, il-ligi, il-politika, l-ekonomija, is-socjologija, l-antropologija, it-teologija u l-bqija. Jista’ jithaddan minn politici li jwettqu bidla fl-istrutturi tal-pajjiz ghat-tishih tal-gustizzja socjali. Bazi empirika u analizi Se nsemmi b’kollox hames elementi fundamentali kostituttivi li jsawru (jew joholqu) l-essenza tan-natura ta’ kull hidma li ssir skond dan il-mudell favur il-gustizzja socjali. L-ewwel element hu dak tal- bazi empirika . Minhabba n-natura teknika taghha, hidma li ssir ghall-gustizzja socjali skond dan il-mudell tfittex li tibbaza r-ricerka u l-istudju taghha fuq informazzjoni empirika. Dan ifisser li ma tkunx sempliciment...