Il-kalvarju tal-Palestina

Wasal tmiem Settembru 2011. Disgha snin ilu, fl-2002, il-“Kwartett ghall-Paci fil-Lvant Nofsani” – maghmul mill-Unjoni Ewropea, l-Amerika, ir-Russja u l-Gnus Maghquda – kien iddecieda li sa tmiem dan ix-xahar il-Palestina u Israel ikunu saflahhar zewg nazzjonijiet indipendenti. Izda ghandu jkun tmiem ix-xahar se jasal, jghaddi u l-kalvarju tal-Palestina jissokta. Ultimatum iehor ghalxejn Din il-holma ilha biex issehh sa mill-anqas hamsa u erbghin sena, mill-1967 lil hawn. F’dak iz-zmien, wara l-gwerra “Tas-Sitt Ijiem”, il-kunsill tal-Gnus Maghquda ghas-sigurtà kien iddecieda – f’resoluzzjoni msejha “242” – li Israel jirtira mit-territorji li okkupa fil-Palestina u jzomm il-fruntieri li kellu ta’ qabel il-gwerra. Israel m’obdiex u, wara kwazi nofs seklu, mhuwiex behsiebu li jobdi. Sadattant, kulma ghamel kien li kkomplika u ggrava l-problema dejjem u dejjem aktar bl-appogg dirett jew indirett ta’ tlieta mill-aktar superpotenzi ewlenin: l-Amerika, l-Gran Britannja u Franza. Iss...