Tmiem Gaddafi (2)
Ghalkemm Gaddafi ntemm, jekk mieghu jintemm ukoll il-mudell demokratiku li ppropona fil- Ktieb l-Ahdar (1975) aktarx ikun improbabbli li l-Libja ssir pajjiz stabbli, gust u hielsa. Huwa evidenti li Gaddafi nnifsu ma mexxiex skont l-istess mudell demokratiku li ppropona hu stess f’dan il-ktieb ta’ ideologija politika. Izda dan m’ghandux ifisser li s-soluzzjoni meqjusa li ra ghat-tmexxija tal-Libja mhijiex valida jew li mhijiex vijabbli. Mhux kollox hazin Il-mudell demokratiku li Gaddafi kien ippropona ghal-Libja kien imfassal skont ir-realtajiet u l-htigijiet specifici tal-popli Libjani. Nghid ‘popli’ ghaliex l-ghadd kbir ta’ tribujiet differenti fil-Libja jaghmlu lil dan il-pajjiz wiehed b’varjetà etnika u kulturali bla qjies. Dawn il-popli huma l-bazi tal-hajja socjali u politika tal-Libja. Is-sistema politika li Gaddafi ra l-ahjar ghal pajjizu kienet dik ta’ demokrazija diretta. Il-mudell li holoq – aktarx ibbazat fuq il-kuncetti u l-principji ta’ Nasserizmu – jirrifletti di...