It-taghrif u l-gherf

It-taghrif jigi mill-istudju; l-gherf jigi mit-talb. Wahdu wahdu, it-taghrif ma jwassalx ghall-gherf, ghalkemm l-gherf xi ftit jew wisq iserrah fuqu. X’differenza tghaddi bejn taghrif u gherf? Kif inhu li minn wahda tasal ghall-ohra. Ghax nghiduha kif inhi: hafna ghandhom kull xorta ta’ taghrif, izda ftit ghandhom l-gherf. Il-piramida tat-taghrif Fil-ktieb taghhom Sistemi Esperti tal-1998 (mahrug fl-Amerika), Joseph Giarratano u Gary Riley jaghtu dak li huma jsejhu l-‘gerarkija tat-taghrif’ (jew il-‘piramida tat-taghrif’). Din il-gerarkija jew piramida hija maghmula minn sitt saffi ta’ taghrif differenti, li kull wahda minnhom isserrah u tibni fuq ta’ qabilha. Is-saff l-aktar ’l isfel, tal-qiegh, huwa dak tal-‘hsejjes’, li hu msawwar minn massa ta’ storbji minghajr tifsir. Is-saff ta’ fuqu huwa dak tal-‘fatti’ ( ‘data’ bl-Ingliz) li jigu misluta mill-hsejjes bla sura. Mis-saff tal-fatti jigi l-iehor ta’ fuqu: dak tal-‘informazzjoni’, fejn mill-fatti tinholq xi ghamla ta’ fasl...