Il-Milied ta’ Zemenu
Wahdu f’wiehed mill-miljuni ta’ rkejjen zdingati ta’ Addis Abeba, il-kapitali tal-Etjopja, il-kmajra ckejkna u fqajra qajla tikxef il-kobor tat-tama u l-fidi li jzomm go qalbu z-zghazugh li jghammar fiha. L-erba’ hitan li jdawruh kwazi kwazi jaghafsu fuqu bhal morsa. Izda ghajnejh ghandhom il-hila msahhra li jaraw lil hinn minnhom. Huma ghajnejn li jafu d-dmugh, jafu t-tbatija, izda li issa jafu jitbissmu wkoll. Dan iz-zaghzugh tawwali u rqajjaq ghandu isem stramb. Zemenu. Sa ftit snin ilu, id-destin tieghu kien bhal ta’ miljuni ta’ zghazagh ohrajn Etjopici li jghixu ftit snin―hamsa u ghoxrin; tletin l-aktar―biex imbaghad ininu qajla qajl u jintemmu qasir l-ghomor, mifnija mill-faqar u l-mard. Bhal taghhom, xortih kienet li ismu jintesa ghal kollox bhallikieku qatt ma kien. Izda Zemenu rnexxielu jirbah ghalih innifsu destin gdid. Messitu xorti ohra. Issa jaf li hajtu tista’ tkun itwal, ferm itwal, minn dik li qatt seta’ jobsor ftit tas-snin ilu. Sahhtu seta’ issa jistrieh fuqha f...