Tifsila filosofija ghalik

Dalwaqt fl-Università ta’ Malta se jibda kors ta’ tliet xhur dwar il-filosofija f’Malta. Il-kors se jkun imfassal ghal tal-apposta sabiex ikun jista’ jghattendih kulmin hu b’xi mod interessat fis-suggett, kemm jekk digà jkollu xi tahrig filosofiku u kemm jekk le. Ghall-pubbliku generali, il-partecipazzjoni u r-registazzjoni huma bla hlas, u fl-ahhar ma jkun hemm ebda ezami x’wiehed jaghmel. Kors l-università Kors bhal dan hu principalment mahsub sabiex ikompli jkabbar l-gharfien fil-filosofija li ssir Malta. Il-lezzjonijiet se jibdew il-Gimgha, 17 ta’ Frar, u jintemmu fl-1 ta’ Gunju. Dawn isiru l-Università ta’ Malta, f’Tal-Qroqq, l-Imsida, bejn is-2.00 u t-3.00 ta’ waranofsinhar. L-ghalliem se jkun Fr. Mark Montebello. Sabiex wiehed jirregistra ghall-kors, jehtieglu jaghmel dan billi jzur is-sit: www.um.edu.mt/publiclecturesregistration u jinkiteb hemmhekk. Il-kors ghandu s-sigla PHI2019 (Philosophy in Malta). Wiehed jista’ wkoll jattendi l-ewwel lezzjoni u hemmhekk jinghatal...