AD MEMORIAM: Peter Serracino Inglott (1936-2012)

Ma niftakarx meta ltqajt ma’ Father Peter l-ewwel darba. Aktarx kien mat-tletin sena ilu. Ta’ adolexxent, fl-1980 kont dhalt il-kunvent, u nahseb li kien f’dan iz-zmien li bdejt nisma’ dwaru u niltaqa’ mieghu. Ma jidhirlix li kont nafu qabel. Ftit snin wara, fl-1984, sirt student tieghu u, minn dak iz-zmien ’il quddiem, l-aktar minhabba kif kienu zviluppaw ic-cirkustanzi, bqajna qrib hafna sallum. Telfa iebsa Ir-relazzjoni taghna nbidlet mal-moghdija taz-zmien. Immaturat, bla dubju ta’ xejn, imma wkoll saret dejjem aktar profonda u personali. Minn relazzjoni ta’ ghalliem u student, sirna kollaboraturi; konna imghallem u dixxiplu; konna ghalliema flimkien; konna hbieb; konna konfessuri ta’ xulxin; konna shab; u spiccajna sa konfidanti ta’ xulxin. X’kien jara fija ma nafx. Naf x’kont nara fih: mhux biss bniedem ta’ intelligenza superjuri ferm, bniedem ta’ kultura bla qjies u bniedem ta’ gherf rari, imma wkoll―proprju ghax kien dan kollu―ragel ta’ umiltà impressjonanti, ta’ rispet...