Politika minghajr partiti

Ghad jigi zmien, nehber jien, li l-partiti politici jispiccaw. Is-sistema tallum, imwaqqfa f’pajjizna mal-mitt sena ilu, ghad tilhaq livelli hekk assurdi ta’ redikulagni li l-kunsent generali jkun li, saflahhar, il-partiggjanizmu jitnehha min-nofs, u titnieda sistema differenti ghal kollox li tkun hafna aktar xierqa u sana. Rizultati evidenti X’hadna bil-partiti politici kulhadd jaf. Kollox, kull qasam tal-hajja taghna, inghata l-lewn ahmar jew blu. Xi kultant l-ilwien ikunu kkargati; xi kultant dghajfa; izda huma dejjem hemm. Il-kontaminazzjoni taghhom infirxet bil-mod il-mod u ghajbet kull haga li misset jew ma missetx maghha. Kollox huwa b’xi mod jew iehor imdakkar mill-ilwien tas-sahta partiggjana. Ir-rizultat huwa evidenti: immaturità politika li tbikki; immaturità li turi ruhha f’irresponsabbiltà ta’ kull tip u fuq kull livell. Il-partiggjanizmu gabna nghixu qaghda ta’ tfulija permanenti fejn il-kappriccozità f’isem partit jew iehor jezonora lilu nnifsu milli jweggah id-d...