Dwar in-natura tar-rexti
It-trabi u t-tfal zghar hafna jitghaxxqu jirrepetu. Kemm jekk hu xi hoss, kemm jekk xi loghba, kemm jekk xi azzjoni semplici. Freud serhilna mohhna dwar x’ifisser dan u ghala jsir. Hawn nies adulti li donnhom jitghaxxqu jirrepetu kliem u azzjonijiet. Bhal donnhom jahsbu li haga li hi vojta fiha nnifisha, bir-repetizzjoni se tikseb is-sugu. Ebda sugu Azzjonijiet bla sugu ahna nsejhulom ‘rexti’. Mhumiex bhar-recitazzjonijiet fuq palk li, kwazi b’mod simboliku, generalment ikollhom il-hsieb li jirriflettu xi hsieb jew ghemil tal-hajja. Meta nuzaw il-kelma ‘rexti’ hafna drabi nindikaw li l-persuna tkun qed taghmel xi haga li, ghalkemm hi elaborata u forsi anki irfinuta, fiha nnifisha hi wirja esterna li l-iskop taghha hija hi nnifisha stess. Ma nghidx li r-rexti li jaghmlu xi whud―kemm fil-politika, kemm fir-religjon, kemm fir-relazzonijiet ta’ bejnietna―huma bla sens. Ghax xi sens ikollhom; xi skop ghalfejn isiru jkun hemm. Forsi ghas-sodisfazzjon psikologiku ta’ min jaghmilhom, f...