Il-holma ta’ Frans

Ftit tal-gimghat ilu, is-Sensiela Kotba Socjalisti (SKS) xandret il-ktieb tal-mibki Frans Sammut, Il-Holma Maltija , tmintax-il sena wara li kienet harget l-ewwel edizzjoni tal-istess ktieb. Ix-xoghol, marbut mal-figura u l-personalità ta’ Mikiel Anton Vassalli, huwa bazikament rumanz storiku msejjes fuq ricerka qawwija dwar il-kundizzjonijiet storici u l-filosofiji ta’ tmiem is-seklu dsatax. Il-kittieb ta’ Samuraj Izda l- Holma Maltija hu aktar minn semplici holqien ta’ artist letterarju. Huwa jgharrex mill-qiegh l-ideologija ta’ Vassalli u jistharreg fit-tul il-vizjoni nazzjonali li kellu ghal pajjizna fost tant saram u hemm. Fuq kollox, fuq livell iehor il-kitba hija tifsira mirquma tal-holma li Frans Sammut stess ghozz f’qalbu ghalih innifsu u ghall-poplu Malti tal-lum u ta’ ghada. Lil Frans jien iltqajt mieghu hafna snin ilu meta hareg il-ktieb Samuraj , imxandar ghall-ewwel darba fl-1975. Bhal hafna ohrajn, fl-età zghira tieghi kont bqajt impressjonat b’dik il-kitba, bl-...