Taqlib politiku u tigdid

L-oligarkiji li jahkmu l-partit konservattiv f’pajjizna bdew bil-generazzjoni li qelbitha lil Borg Olivier. Dawn hakmu l-politika Maltija ta’ dawn l-ahhar tletin sena u, b’eccezzjoni wahda (dik ta’ Censu Tabone), aktarx m’humiex se jmajnaw wisq bit-taqlib li nqala’ dan l-ahhar, anki jekk it-taqlib, fl-ahhar mill-ahhar, inqala’ b’reazzjoni ghall-hakma taghhom. Minn dan it-taqlib qed naraw ghall-anqas haga wahda: li l-ghamla ta’ politika li dawn l-oligarkiji wettqu f’dawn l-ahhar tletin sena, specjalment minn wara l-kwinti, qatt ma kien hawn bhalha qabel. L-intensità u s-sofistikazzjoni tas-semm u l-hruxija taghha la Mintoff ma qatt kellu minnhom u wisq anqas Borg Olivier, Karmenu Mifsud Bonnici jew Alfred Sant. Kienet politika minghajr precedenti. Il-qiegh Il-bicca l-kbira tal-midja konservattiva, partikularment dik stampata, tinsab tgorr li, b’dak li qieghed isehh, il-politika Maltija lahqet il-qiegh. Dan qieghda tghiduh, aktarx, ghax xirfu fil-berah tliet dissidenti minn hdan ...