Mintoff: Helsien u Hobz

Il-hsieb, il-hidma u l-personalità ta’ Mintoff se jibqghu jigu studjati u mistharrga, aktarx b’ghamla ferm ahjar milli qatt nistghu naghmlu ahna llum, mill-anqas ghal mitt sena ohra. Mhux biss minhabba l-importanza kbira tieghu fl-istorja recenti ta’ pajjizna, imma wkoll minhabba l-profondità tal-impatt li kellu fuq kull aspett tal-hajja socjali, ekonomika u politika tal-poplu Malti. Din id-densità ma tistax tigi mkejla fuq perjodu qasir ta’ zmien, bhalma jkollna naghmlu ahna llum, imma fuq medda twila storika. Dan aktarx ikunu jistghu jaghmluh ahjar minna dawk ta’ warajna, anki bil-beneficju ta’ dokumenti li llum ma jistax ikollna f’idejna u wkoll bil-gabra shiha tad-diskorsi u l-kitbiet ta’ Mintoff li llum m’ghandniex f’idejna. Li nistghu naghmlu ahna huwa li naqbdu xi hjiel tal-mod kif kien jahseb u tal-mod ta’ kif kien jahdem. Effettivament, f’dan ghandna vantagg fuq dawk li ghad jigu warajna. Ghax, bil-maqlub taghhom, bosta minna―ibda minni, fortunatament―lil Mintoff konna naf...