Ic-cajta tan-non-allineament

“Malta hija stat newtrali li jrid attivament jilhaq il-paci, is-sigurtà u l-progress socjali fost in-nazzjonijiet kollha billi jhaddan politika ta’ non-allineament u jirrofta li jippartecipa f’kull alleanza militari.” Dan huwa kliem mislut minn Artiklu 1, sub-artiklu 3, tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, kliem li dahal f’dan id-dokument bl-emendi li saru fi Frar tal-1987. Fuq kollox, huma kliem li, jekk kienu jitwemmnu hamsa u ghoxrin sena ilu (kif fil-fatt kienu), illum aktarx li ma tantx baqghu jitwemmnu wisq. Vapuri tan-NATO It-twemmin fin-non-allineament ta’ Malta ilu bosta snin imajna. Hekk kif inbidel il-gvern ftit xhur biss wara li din l-emenda kienet saret parti mill-Kostituzzjoni taghna, mill-ewwel deher car li xi whud fil-gvern kienu accettaw li ssir din l-emenda ghax ma setghux jaghmlu mod iehor. Twemmin fiha ma kienx hemm. Infatti, kwazi immedjatament bdejna repetittivament naraw il-vapuri tal-gwerra fil-portijiet Maltin bi ksur car tal-Kostituzzjoni. Dan ghaliex f’parti ...