Rapprezentanti

Kemm jien u kemm int ghandna diversi nies li jghidu li jirrapprezentawna. Fil-kaz tieghek ma nafx; imma fil-kaz tieghi nista’ nghidlek li jien lil hadd minn dawn ma tajt l-awtorizzazzjoni biex jirrapprezentani mkien u f’xejn. Forsi int personalment ivvutajt ghal xi hadd biex jirrapprezentak ― u ghalhekk ma tistax tghid li m’awtorizzajt lil hadd biex jaghmel dan; izda jien dan m’ghamiltux, f’ebda kaz u f’ebda cirkustanza. Ghaldaqstant, ma nahsibx li xi hadd ghandu l-icken jedd li jipprezumi li jista’ jirrapprezentani mkien u f’xi haga. Tivvota jew le Is-sistema rapprezentattiva saret in-norma ta’ dak li jissejjah il-process demokratiku. Anki jekk int ma tkun ghazilt u vvutajt ghal hadd biex jirrapprezentak, xorta wahda ssib li min jigi elett f’xi elezzjoni jghid li jirrapprezenta lilek ukoll. Hekk, jitkellem u jiehu decizjonijiet f’ismek. Ukoll jekk int tkun parti minn minoranza li, bid-dikjarar, ma tkunx ivvutajt ghal persuna jew ohra li giet eletta, jew ghal xi partit li jirba...