Il-Konvenzjoni taż-żwiġijiet f’Malta

Ftit jiem ilu, fit-22 ta’ Marzu, waqt żjara ta’ kortesija lill-Isqfijiet ta’ Malta, il-Prim Ministru l-ġdid, Joseph Muscat, ħabbar l-intenzjoni tal-gvern Malti li jitlob lill-Vatikan issir reviżjoni tal-Konvenzjoni li kienet ġiet iffirmata bejn is-Santa Sede u r-Republika ta’ Malta għoxrin sena ilu, fit-3 ta’ Frar tal-1993, dwar iż-żwiġijiet fil-gżejjer Maltin. L-istorja sħiħa ta’ din il-Konvenzjoni jidhirli li għad trid tingħad. Dawn il-kelmtejn jistgħu jitqiesu ftit noti għaliha. Il-Konvenzjoni Il-Konvenzjoni kienet ġiet iffirmata l-Belt f’żewġ kopji (Ingliż u Taljan) bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Gwido de Marco, u n-Nunzju Appostoliku tal-Papa Ġwanni Pawlu II, l-Arċisqof Pier Luigi Celata. Fiha ħdax-il Artiklu u żewġ Protokolli. It-titlu sħiħ tagħha hu: “Konvenzjoni bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta’ Malta dwar ir-Rikonoxximent tal-Effetti Ċivili għaż-Żwiġijiet Kononiċi u għad-Deċiżjonijiet tal-Awtoritajiet u t-Tribunali Ekkleżjastiċi dwar l-istess Żwiġijiet”. F...