Bidliet kostituzzjonali

Il-gvern il-ġdid, immexxi minn Joseph Muscat, rebaħ il-mandat li jmexxi l-pajjiż b’intenzjoni, fost ħafna intenzjonijiet oħrajn, li jibdel il-Kostituzzjoni ta’ Malta u jinawgura dak li qiegħed isejjaħ it-‘Tieni Repubblika’. Dwar dan bdew id-diskussjonijiet fil-magħluq u fil-miftuħ. L-intenzjoni tidher li se titwettaq. Liema attitudni? Il-problema mhijiex li l-intenzjoni se titwettaq, għax din aktarx li nistgħu nkunu xi ftit jew wisq ċerti minnha. Il-problema hi KIF se titwettaq. M’għandix f’moħħi hawnhekk IL-PROĊESS li bih se titwettaq, għax jidher li se jkun hemm, bħalma diġà hawn, konsultazzjoni xi ftit jew wisq wiesgħa. Minn daqshekk, il-proċess demokratiku jidher li qiegħed (u se) jiġi rrispettat. Għandi aktar f’moħħi hawnhekk L-ATTITUDNI li qiegħda (jew se tkun qiegħda) tittieħed sabiex titwettaq l-intenzjoni, jiġifieri L-ISPIRTU li bih se din il-biċċa xogħol importanti qiegħda (jew se tkun qiegħda) tissawwar u titgħaġġen. Pass bħal dan mhuwiex ħafif u lanqas ma hu ...