Imħabba akbar minn din

Huwa ta’ min jammirahom dawk in-nies li jinkwetaw u xi minn daqqiet jissieltu għal kawżi li mhumiex tagħhom . Tifhimha li bniedem jinkwieta, jissielet u jiddefendi xi ħaġa li tmissu mill-qrib. Imma li bniedem jagħmel dan għal xi ħaġa li ma jkollhiex x’taqsam miegħu direttament hi tal-għaġeb. Jekk tal-ewwel tista’ tissejjaħ imħabba, kemm aktar tat-tieni. Anzi, nistgħu ngħidu li m’hemmx imħabba akbar minn din. Imħabba miskina Ġesù fil-vanġelu jingħad li jgħid: “Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu” (Ġw 15:13). Possibbli!? Naħseb li tkun akbar l-imħabba jekk wieħed jagħti ħajtu għal dawk li ma jkunux ħbieb tiegħu. U aktar kbira minn hekk tkun l-imħabba jekk wieħed jagħti ħajtu għall-għedewwa tiegħu. Ma taħsibx? Allura għala Ġesù jidher li qiegħed isemmi lill-ħbieb biss? Il-kliem Grieg fil-vanġelu għal ‘ħbiebu’ huwa ‘ton filon autou’ , jiġifieri litteralment dawk li ‘(għandhom) il-ħbiberija tiegħu’. Dan ma jeskludix la lill-għedewwa u lanqas mi...