Il-ġlieda kontra d-djuq

Jekk toqgħod tinnota, kulmeta tiltaqa’ ma’ argumenti ġejjin minn persuni konservattivi, wieħed mid-difetti ewlenin tagħhom ikun li l-kunċetti u d-definizzjonijiet jintużaw b’tifsira dejqa. Dak li dejjem jipprova jagħmel persuna ta’ mentalità aktar liberali biex jirribatti dawn l-argumenti huwa li jwessa’ t-tifsira tal-kunċetti u d-definizzjonijiet mogħtija. Dan hu meħtieġ għal viżjoni aktar inklużiva u komprensiva. Tifsiriet dojoq u wiesa’ Hija ħaġa kurjuża kif il-kliem għandhom it-tendenza li jidjiequ maż-żmien. Jibdew minn tifsira wiesa’, imbagħad, ftit ftit, it-tifsira tagħhom tagħhom tidjieq; min jużahom jibda jifhem bihom ħwejjeġ aktar speċifiċi u partikulari. Il-kelma ‘blat’, ngħidu aħna, kienet tirreferi għall-muntanji fi żmien il-qedem, iżda issa tirreferi biss għall-materjal li jagħmel muntanja jew għolja. It-tifsira tagħha djieqet u hekk ħafna drabi jiġri minn kliem ieħor. Dan jgħodd ukoll għall-kunċetti u l-ideat. Jibdew b’tifsiriet li jħaddnu fihom ħafna ħwejjeġ u j...