L-ambigwità tal-PFP

Ġimgħatejn ilu, eżattament fit-8 tax-xahar, ġewwa Virginia, l-Istati Uniti tal-Amerika, tliet Somali (ta’ bejn l-20 u d-29 sena) ġew rakkomandati minn ġurija li jingħataw għomor il-ħabs għall-allegat qtil ta’ erba’ Amerikani fl-Oċean Indjan fi Frar tal-2011. Dawn is-Somali jitqiesu li kienu fost il-‘pirati’ li kienu qegħdin (u xi wħud għadhom) jaħtfu bċejjeċ tal-baħar li jsibu jbaħħru madwar ix-xtut tas-Somalja. Is-sentenza tat-tliet żgħażagħ għandha tinqata’ għal Ottubru jew Novembru li ġej. Il-prosekuzzjoni kienet talbet li jingħataw il-mewt. Il-problema Somala Il-qtil tal-imsejkna Amerikani kien parti minn offensiva li kienet oriġinarjament bdiet fl-1991 minn xi sajjieda Somali sabiex jiddefendu l-għajxien tagħhom mis-serq tal-ħut li kien qiegħed isir fl-ibħra tagħhom. Studju kkommissjonat fl-2011 mill-proġett ‘Training for Peace’ (imħallas mill-gvern Norveġiż) ikkonferma li din l-offensiva “ma bdietx minn ħallelin jew qattiela fi tfittxija għall-flus, iżda minn sajjieda li ki...