Iċ-ċaħda l-kbira (5)

Minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn, iċ-ċaħda l-kbira li ġarrbu l-Knejjes Insara (għall-anqas fil-punent) kienet dovuta għal diversi fatturi, kemm esterni u kemm interni. Għalkemm dawn il-fatturi għandhom it-toqol u l-gravità tagħhom, b’xi mod jew ieħor jistgħu ma jitqisux għal kollox irrikonċiljabbli ma’ tiġdid evanġeliku possibbli. Fi kliem ieħor, tiġdid serju, drastiku, impenjattiv u sostenut tal-ħajja tal-Knejjes Insara jista’ possibbilment jibda jinnewtralizzaw l-fatturi li għamlu possibbli u ġġeneraw iċ-ċaħda l-kbira. Iżda hemm fattur li mhuwiex ta’ din il-klassi. Fih innifsu hu velenuż aktar mill-oħrajn l-oħra kollha. Dan għaliex waħdu kapaċi jrażżan kull tiġdid u jibqa’ jintensifika ċ-ċaħda sakemm ixejjen il-Knejjes għal kollox. Hu l-fattur tal-ekkleżjoloġija, jiġifieri ta’ dak li l-Knejjes jaħsbu li huma jew li għandhom ikunu. * * * Fi tmiem it-tielet parti ta’ din il-kitba ktibt li xi wħud jimmaġinaw li meta ċ-ċaħda l-kbira tilħaq proporzjonijiet eċċessivi ...