Knisja bla qalb?

L-abbozz ta’ liġi dwar unjonijiet ċivili bejn persuni tal-istess sess, u li qiegħed jiġi diskuss mill-parlament bħalissa, qiegħed ġustament iqajjem diskussjonijiet mal-pajjiż kollu. Il-Knisja Kattolika, permezz tad-diversi entitajiet tagħha, mhijiex qed tonqos li tieħu sehem f’dawn id-diskussjonijiet. Dan huwa dritt u dmir tagħha. Iżda, sfortunatament, jista’ jkun li l-impressjoni li l-Knisja qiegħda terġa’ tagħti lill-poplu Malti hi li l-istituzzjoni tagħha hi waħda bla qalb. Impressjoni ħażina Sentejn ilu, il-kampanja tal-Knisja Kattolika għar-referendum tad-divorzu fil-gżejjer Maltin jidher li ħalla lil ħafna Maltin għal kollox iddiżgustati. Fil-ħerqa li kellha l-Knisja sabiex twassal il-messaġġ tagħha (ħaġa li għandha dritt u dmir tagħmel), tat u ħalliet l-impressjoni sfortunata li ma tħossx biżżejjed, la għad-drittijiet umani, u lanqas għall-minoranzi. Wieħed jistenna li, wara dik il-froġa, l-esponenti tal-Knisja kienu se jitgħallmu mill-esperjenza, jekk xejn għall-anqas m...