Elezzjoni bla gvern

Jekk xejn, is-sena li se tagħlaq pitgħada tibqa’ mfakkra għar-rebħa kbira elettorali li saret f’Marzu mill-Partit Laburista. Iżda sa issa għadni nisma’ lil min jgħid: 'Il-Labour rebħu l-elezzjoni iżda ma ħadux il-gvern’ . Hija espressjoni kurjuża. Is-suspett tiegħi huwa li min jgħidha aktarx qed jirreferi għal diversi dipartimenti u mkejjen tal-gvern fejn il-moviment tal-bidla baqa’ jew għadu ma wasalx. Dak li nbeda Ma nixtieqx insemmi fejn jaħdmu dawk li wżaw miegħi din l-espressjoni għax il-pożizzjoni tagħhom tista’ ssir aktar vulnerabbli milli hi. Iżda nassigurak li smajtha minn ħaddiema tal-gvern li jaħdmu f’oqsma differenti taċ-ċivil. Ilkoll aktarx huma nies li ttamaw li l-amministrazzjoni l-ġdida kienet se tagħmel bidliet ta’ malajr. Iżda issa, li diġà għaddew disa’ xhur, ma jidhirx li jinsabu eqreb lejn it-tama mitmuma tagħhom. Wieħed jifhem li, mar-rebħa elettorali, il-gvern il-ġdid daħal għal xogħol iebes u kumpless. Wieħed jista’ anki jinnota faċilment li f’divers...