Il-proposta politika ta’ Ġesù

Ma jien ngħid xejn ġdid meta nsostni li Ġesù kellu fehma politika u li kien jesprimiha apertament kemm bil-kliem, kemm b’deċiżjonijiet fattwali u kemm bil-komportament tiegħu. Jidher ukoll li din il-fehma kienet informata u konsistenti. Żewġ premessi Ta’ liema xejra politika naħseb li kienet din il-fehma ngħid dalwaqt. Għalissa rrid nagħmel żewġ premessi kritiċi. Waħda, li għalik (bħall-bqija tal-biċċa l-kbira tal-Maltin u l-Għawdxin) huwa importanti l-mod kif tqis lil Ġesù, anki jekk tiġi taqa’ u tqum minnu. Għala? Għax, trid jew ma tridx, int ukoll ġejt xi ftit jew wisq imrobbi/ja f’ambjent predominantement reliġjuż Kattoliku u l-ħin kollu qed ikollok x’taqsam ma’ fasliet soċjali u istituzzjonijiet (kemm reliġjużi kif ukoll ċivili) li huma sinifikattivament immarkati mir-reliġjon nisranija Kattolika. Trid jew ma tridx, kull azzjoni soċjali jew politika tiegħek (bħalma ta’ ħaddieħor f’Malta u Għawdex), kif ukoll kull proposta ideoloġika li titħajjar li tagħmel, trid għall-anqa...