Għasafar ħajjin u mejtin

Il-battalja ta’ kull sena ma’ ċerti kaċċaturi u nassaba reġgħet bdiet. U bir-raġun kollu. L-isforz annwali biex jitħarsu l-liġijiet li jipproteġu diversi għasafar u biex issir għassa xierqa hu ammirevoli daqskemm diffiċli. Wieħed għandu japprezza l-ħidma li ssir f’dan il-qasam li, minkejja li ssir minn ftit, issir għall-kotra. Pulizija imparzjali? Il-pulizija jidher li din is-sena mhumiex qegħdin jagħtu l-massimu tagħhom biex il-protezzjoni tal-protetturi tkun xierqa. Donnu jidher li, bl-iskuża ta’ imparzjalità, il-Korp iddeċieda li jżomm lura milli, bħas-snin li għaddew, joffri l-kooperazzjoni kollha tiegħu ħalli titħares il-liġi. Insejjaħ ir-raġuni mogħtija tal-imparzjalià bħala ‘skuża’ għax hi patetika fiha nnifisha. Li Korp tal-pulizija jistqarr li mhux qed joffri protezzjoni biżżejjed biex iżomm il-parzjalità bejn il-vittmi u l-aggressuri hija kważi illegali. Il-possibbiltà biss li jista’ jkun hemm vittma toħroq premura fuq il-forzi tal-ordni biex jaġixxu favur l-istess vi...