Istituzzjonijiet assoluti

Aktar minn sena wara l-għoti ta’ mandat elettorali lil Partit Laburista mġedded wieħed jistenna li ċ-ċittadin ikun kiseb aktar setgħa filwaqt li l-istituzzjonijiet governmattivi jkollhom anqas. Forsi ma fhimtx sew; iżda jien jidhirli li l-mandat kien ingħata―u b’mod qawwi wkoll―fuq il-wegħda repetuta li ċ-ċittadin komuni kien se jitqiegħed fiċ-ċentru tal-istruttura politika u li s-sovranità tiegħu kienet se tingħata rikonoxximent akbar. Iżda ma jidhirlix li dan qiegħed jiġri. Anzi, minflok qegħdin naraw, sfortunatament, li, f’din l-aħħar sena, l-istituzzjonijiet ġew imsaħħin u saħansitra saru aktar assoluti. Mandat ‘liberali’ Politika liberali tassew ixxaqleb lejn iċ-ċittadin u d-drittijiet tiegħu. Fl-istess ħin, ixxaqleb anqas lejn il-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet. Iva, għax dawn it-tnejn, għalkemm jistgħu jitqiesu komplimentari għal xulxin, ma jarawx għajn m’għajn. Jekk tikber is-setgħa tal-istituzzjonijiet, tonqos dik taċ-ċittadin; u bil-kontra. Politika liberali suppos...