Iżrael, Ħamas u entużjażmu ieħor

Ma nistax għaliha li bosta nies, meta jibdew jisimgħu dwar il-gwerra fil-Palestina, joħorġulek b’espressjoni tipika li donnha tispjega kollox: “U dawk!” jgħidulek, “Dawk dejjem jagħtu!” B’din l-espressjoni, la tkun taf min huma ‘dawk’, la għala ‘jagħtu’ u lanqas għaliex ‘dejjem’! Imma donnha l-espressjoni tkun intenzjonata sabiex, l-ewwel, twarrab il-ħtieġa li nifhmu xi ħaġa milli qiegħed jiġri, u, t-tieni, tibdel malajr id-diskors. Iżda hija, fuq kollox, espressjoni ta’ insensittività kbira għal traġedja enormi li qiegħda sseħħ elf mil biss ’l bogħod minna. Il-Palestina ssejjaħ L-akronimu ‘Ħamas’ tfisser entużjażmu, jew aħjar devozzjoni u ħrara fit-triq lejn Alla. Il-partit li jġib dan l-isem jinterpretaha bħala saħħa u qlubija fit-triq lejn ... l-indipendenza tal-Palestina (fost affarijiet oħra). Għall-Amerikani, l-Unjoni Ewropea u għadd ta’ pajjiżi oħra, il-partit tal-Ħamas mhumiex għajr terroristi. Iżda għall-Palestinjani, u speċjalment għall-popolazzjon ta’ Gaza, huma l-bast...