Dimech poeta
.jpg)
Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Settembru, jaħbat il-100 sena mill-bidu tal-eżilju ta’ Manwel Dimech. Is-Sensiela Kotba Soċjalisti (SKS) se jfakkar dan l-avveniment b’attività kommemorattiva u wkoll bi ktieb ġdid. Għal dawn, int mistieden it-tnejn. Kommemorazzjoni L-attività kommemorattiva se ssir eżatt eżatt f’għeluq il-100 sena mill-eżilju, fl-istess ħin u fl-istess post. Jiġifieri fil-5 ta’ Settembru, fis-7 ta’ filgħaxija, fix-Xatt tal-Belt (in-naħa tal-Port il-Kbir; quddiem fejn jieqaf il-Lift). Huwa xieraq li inti u l-familja tiegħek, flimkien mal-poplu Malti kollu, tieħu sehem f’din l-attività ta’ sinifikat kbir. Għalkemm Dimech dak in-nhar tal-5 ta’ Settembru nġieb mill-Klistanija (ta’ Strada Merkanti, il-Belt) b’segretezza kbira u ħadd ma kien jaf li niżżluh ix-Xatt, nhar il-Ġimgħa mhuwiex se jkun hekk. Il-preżenza tagħna lkoll f’dan il-mument irid juri solidarjetà, mhux biss ma’ Dimech ittradut u eżiljat, iżda wkoll ma’ kull minn fid-dinja ġralu jew qiegħed jiġrilu l-istess. ...