Diżarm?

Ħafna minna jgħixu taħt l-illużjoni li żmienna hu wieħed ta’ diżarm. Speċjalment wara l-waqa’ tal-Ħajt ta’ Berlin u d-diżintegrazzjoni tal-Unjoni Sovjetika. Iżda din l-illużjoni hi giddieba daqskemm qarrieqa. Forsi ntemm dak iż-żmien meta l-armamenti militari u l-mezzi ta’ qerda tal-massa kienu f’idejn żewġ blokok biss—il-pajjiżi tan-NATO u tal-Patt ta’ Varsavja—imma l-armamenti ma naqsux. Wisq anqas intemmu. Illum qegħdin ngħixu fi żmien meta rġajna qegħdin naraw bosta pajjiżi jerġgħu jarmaw sa snienhom is-setgħa distruttiva tagħhom. L-akbar xerrejja Wieħed mill-aħħar pajjiżi li beda jitqies parti mill-grupp tal-akbar qawwiet militari fid-dinja aktarx ma nistennewhx jieħu din il-pożizzjoni. Huwa l-Awstralja. Pajjiż li ftit minna jaħsbu fih bħala pajjiż ta’ gwerra jew xi pajjiż b’intenzjonijiet militari jew ambizzjonijiet ta’ qerda. Jekk jaħsbu hekk, allura iridu jerġgħu jirrevedu l-ħsieb tagħhom. Informazzjoni mxandra f’Marzu li għadda mill-Istitut Internazzjonali ta’ Stokkolm...