Gvernanza xierqa

Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li jitħajru jitħaddtu dwar xi tip ta’ ‘riforma’ kostituzzjonali jinsistu li din għandha essenzjalment ittejjeb il-gvernanza xierqa, dik li bl-Ingliż tissejjaħ ‘good governance’. Donnhom mhumiex kapaċi jintebħu kemm huma politikament patetiċi u ideoloġikament foqra meta jgħidu hekk. Governanza xierqa jew ixraq ma tiġġenera ebda riforma. Anzi, bil-kontra. Tagħmel xi riforma aktar impossibbli li sseħħ. Kwestjoni ta’ prijoritajiet Kulma qegħdin jgħidu dawn in-nies huwa li l-gvern isir aktar gvern; li jiddomina aktar; li jsaħħaħ l-istituzzjonijiet. Tabilħaqq, l-iskuża hi dejjem l-istess: li l-gvern u l-istituzzjonijiet tiegħu u tal-pajjiż iservu aħjar li ċ-ċittadin. Imma kemm jiġri hekk? Kemm jiġri li t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet ma jservix, fil-fatt, biex iċ-ċittadin jiġi mgħaffeġ aktar? Xi wħud, ukoll, ma jħobbux li jien jew xi ħadd jitħaddet dwar iċ-ċittadin. Iriduna nitħaddtu fuq ‘il-poplu’. Għax, jgħidu, li l-istituzzjonjiet għalhekk qegħdin: biex i...